Ġranet tal-Enerġija 2015: Inġibu l-enerġija sikura, nadifa u effiċjenti iktar qrib tagħna

Il-Ġranet tal-Enerġija tal-Unjoni Ewropea qed jgħinu sabiex tinxtered il-kelma dwar enerġija sikura, nadifa u effiċjenti. Sa 500 preżentazzjoni, workshops, esebizzjonijiet, kunċerti, logħob, kwiżżijiet, wirjiet u attivitajiet oħrajn huma mistennija li jattiraw eluf ta’ viżitaturi fl-Ewropa u lil hinn minnha. Kważi kwart ta’ dawn l-avvenimenti se jsiru fi Brussell madwar il-Ġimgħa Ewopea għall-Enerġija Sostenibbli (EUSEW) u l-Konferenza dwar il-Politika, filwaqt li l-bqija se jiġu organizzati f’Ġunju f’lokalitajiet imxerrda madwar it-28 Stat Membru tal-UE u pajjiżi assoċjati, inklużi t-Turkija, is-Serbja, il-Moldova, il-Ġeorġja, l-Ukrajna, in-Norveġja u l-Islanda.

Kumpaniji privati, awtoritajiet pubbliċi, aġenziji tal-enerġija, NGOs, il-kmamar tal-kummerċ, l-assoċjazzjonijiet tal-industrija u tal-konsumaturi, il-midja, l-istituzzjonijiet edukattivi, iċ-ċentri tar-riċerka u t-teknoloġija kollha ffirmaw biex jospitaw l-avvenimenti kalendarji eċitanti ta’ din is-sena.

Skopri l-Ġranet tal-Enerġija li qed iseħħu ħdejk – jew saħansitra aħjar, ipproponi l-ġranet tiegħek!

L-isfond: iktar minn ġurnata u anke Ġimgħa

Il-Ġranet tal-Enerġija huma fattur ewlieni tal-EUSEW, li għandha l-għan li xxerred l-aħjar prattiki, tinspira ideat ġodda u tibni alleanzi li jgħinu biex jiffurmaw l-Unjoni tal-Enerġija tal-UE. Issa, fl-għaxar sena tagħha, l-EUSEW hija l-avveniment ewlieni tal-Ewropa għall-partijiet ikkonċernati kollha biex jesploraw l-aħjar modi kif jilħqu l-għanijiet tal-enerġija u tal-klima tal-UE. Organizzata bl-appoġġ tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju (EASME) b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, hija tikkonsisti f’ġimgħa ta’ attivitajiet iddedikati għall-effiċjenza enerġetika u għal soluzzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli fl-Ewropa.

Din is-sena, il-Konferenza dwar il-Politika li ssir kull sena fi Brussell, 16-18 ta’ Ġunju, tiffoka fuq ir-rwol ta’ konsumaturi responsabbli fl-Unjoni Ewropea l-ġdida. Bħala parti minnha, il-Premijiet għall-Enerġija Sostenibbli jirrikonoxxu l-aħjar proġetti tas-sena fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija u soluzzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli. Ir-rebbieħa se jitħabbru matul ċerimonja fi Brussell fis-16 ta’ Ġunju minn Jerzy Buzek, li kien il-Prim Ministru tal-Polonja u li issa huwa l-kap tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (ITRE).

Miguel Arias Cañete, Il-Kummissarju tal-UE għall-Azzjoni dwar il-Klima u l-Enerġija, Maroš Šefčovič, il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea inkarigat mill-Unjoni tal-Enerġija, u dinjitarji oħra, se jkunu involuti wkoll biex jiġi ċċelebrat l-10 anniversarju tal-EUSEW bi stil.

 

Irreġistra għall-Konferenza tal- EUSEW dwar il-Politika qabel it-8 ta’ Ġunju!

Ikkonsulta l-programm tal-Konferenza  għal iktar informazzjoni!

Get updates in your mailbox

By clicking "Subscribe" I confirm I have read and agree to the Privacy Policy.

About The EU Sustainable Energy Week

The European Sustainable Energy Week is a month-long series of activities to build a secure energy future for Europe. It includes the EUSEW Policy Conference, Energy Days and Networking Village and the EU Sustainable Energy Awards. Launched in 2006, EUSEW is organised by the Executive Agency for Small and Medium-sized Enterprises (EASME) in close cooperation with Directorate-General for Energy. It brings together public authorities, private companies, NGOs and consumers to promote initiatives to save energy and move towards renewables for clean, secure and efficient power.